The two ample omega replica categories are- Ladies rolex replica President and Ladies breitling replica Datejust. Both these categories louis vuitton replica action abundant varieties analogous your appearance and louis vuitton replica taste. Ladies Rolex omega replica Datejust includes hermes replica abundant varieties of omega replica women wristwatches. The Ladies replica watches uk 2T archetypal with Jubilee 18k/Stainless Steel swiss replica watches bandage is the a lot of cartier replica affected adaptation of omega replica this class which allows for rolex replica added versatility and different ambit of rolex replica features. It is accessible in abounding punch colors hublot replica and blazon including, champagne, mother of rolex replica pearl, silver, dejected breitling replica and red.
Koperattiva Mġarr tal-Bdiewa
 
 

Koperattiva tal-Bdiewa Mġarr
Triq Sir Temi Zammit,
Mġarr, MGR 9022
Malta
Telefon: +356 21 582410
Fax: +356 21 582410
Email: mgrfcs@gmail.com

Ħinijiet tal-ftuħ
It-Tnejn
7:00am-12:00am u 3:00pm-7:00pm
It-Tlieta
2:00pm-7:00pm
L-Erbgħa
8:30am-12:30pm u 2:00pm-7:00pm
Il-Ħamis
7:00am-12:00am u 3:00pm-7:00pm
Il-Ġimgħa
8:30am-12:30pm u 2:00pm-7:00pm
Is-Sibt
2:00pm-4:00pm

Bidu tal-Koperattiva tal-Bdiewa Mġarr

Il-Koperattiva tal-Bdiewa Mġarr li tinsab ġewwa ż-Żebbiegħ bdiet tifforma ruħha lejn is-sena 1946 u ġiet reġistrata uffiċjalment fl-24 ta' Lulju 1947.

Immedjatament kif spiċċat it-tieni gwerra dinjija, il-ħajja f'Malta ma tantx kienet ħafifa jew komda u wieħed mill-oqsma li seta' joffri solliev lill-poplu Malti kien il-qasam tal-biedja.  Il-parti l-kbira tal-poplu Malti kienu bdiewa, raħħala u sajjieda.  Ħafna mil-familji kienu jaħdmu l-għelieqi tagħhom biex jgħixu u biex, mill-produzzjoni tagħhom ikollhom xi ftit profitti.  Naturalment bħal ma jiġri matul iż-żminijiet, speċjalment f'perjodi ta' skarsezza ta' prodotti, jinbtu ċerti  negozjanti li japprofittaw ruħhom mill-mument u jitħallsu tajjeb talli jwasslu l-prodott lill-konsumatur; bil-konsegwenza li l-prodott mingħand il-bdiewa jittieħed b'valur minimu u n-negozjant iwasslu lill-konsumatur bi prezz wisq għola milli jieħu l-produttur.  B'hekk f'dan il-qasam tax-xogħol tal-biedja bdew jinbtu diversi gruppi ta' bdiewa mill-irħula ta' Malta u f'xi distretti bdew iwaqqfu l-Koperattivi tal-Bdiewa.  L-Imġarrin irrispondew mill-ewwel għal dawn is-sistemi u waqqfu l-Koperattiva tal-Bdiewa Mgarr.

Kienu Piju Muscat ta' Ġanna, Piju Camilleri ta' l-Aħmar u  Karmenu Muscat it-Tutu li  bdew jiltaqgħu fil-ħanut tat-te' (tal-Fina) u hemmhekk bdew jippjanaw kif iwaqqfu l-Koperattiva tal-Bdiewa Mġarr.  Huma avviċinaw diversi bdiewa u ħajruhom biex jidħlu fil-Koperattiva.  Skond ma jidher mill-minuti, sa l-ewwel laqgħa ġenerali li saret fit-18 ta' Marzu 1948 il-membri kienu 12.  Minn dawn it-tnax-il membru ġew magħżula sebgħa minnhom biex jiffurmaw l-ewwel kumitat tat-tmexxija.  Dawn kienu Piju Vella, Piju Muscat (President), Piju Camilleri, Paċikk Galea, Karmenu Muscat (ta' l-Abjad – Tutu), Wenzu Vella u Ġużeppi Grima.

L-ewwel deċiżjoni li ttieħdet f'din il-laqgħa Ġenerali kienet b'vot unanimu u kienet li l-koperattiva tissieħeb bħala membru fil-Koperattiva Ċentrali tal-Bdiewa.  Dan kien importanti li jsir għaliex il-Koperattiva Ċentrali kienet diġa tħaddan koperattivi oħra primarji u tixtri mingħandhom il-prodotti tal-bdiewa u tbiegħulhom fis-swieq tagħha.

L-ewwel sistemi kienu:  organizazzjoni kif il-bdiewa membri jwasslu l-prodotti tagħhom fis-suq u s-sistemi tal-vouchers biex il-bdiewa jitħallsu tal-prodotti tagħhom.  Sistemi oħra għall-vantaġġ tal-membri kienu bejgħ ta' ġwież u fertilizzant bi prezzijiet tajbin u fl-istess ħin li jħallu xi ftit profitti biex minnhom jitħallsu spejjeż tan-negozju.  Mill-minuti jirriżultaw profitti żgħar f'sena waħda.  Ma' dawn il-profitti kien isir ukoll ġbir mingħand l-istess membri biex jinħoloq kapital biex taħdem il-koperattiva. 

Sostanzjalment il-ħidma ta' l-ewwel għaxar snin kienet ibbażata fuq relazzjoni sħiħa mal-Koperattiva Ċentrali minħabba l-fatt li x-xogħol prinċipali tal-membri kien il-produzzjoni u l-bejgħ tal-biegħa fil-pitkalija taċ-Ċentrali.

Minn hawn, il-koperattiva baqgħet miexja l-quddiem bil-bini taċ-Ċentru fiż-Żebbiegħ u kompliet dejjem tavvanza.  Dan dejjem bl-impenn sħih tal-kumitat tat-tmexxija u tal-ħaddiema fil-maħżen, kif ukoll tal-lejalta' tal-membri fi ħdanha.

 
Web designed by Frederick Muscat