Fil-Koperattiva tal-Bdiewa Mġarr, il-kumitat tat-tmexxija huwa korp ta' 7 membri magħżula mill-membri f'laqgħat ġenerali sabiex joħolqu direzzjoni, u azzjoni. Il-kumitat jiltaqa' b'mod regolari u jiddiskuti aspetti varji li jolqtu l-biedja u jieħu azzjoni skond iċ-ċirkostanza fl-aħjar interess tal-membri u tal-koperattiva. Il-kumitat jieħu ħsieb ukoll biex iwassal leħen il-bdiewa għand l-entitajiet ikkonċernati sabiex meta jsiru bidliet, dawn ma jkunux ta' mpatt negattiv għall-bdiewa.
Il-Koperattiva tal-Imġarr dejjem kellha kumitat ta' ċerta ħeġġa u dedikazzjoni u fuq kollox karatteristika ta' ftehim u għaqda fit-tmexxija. Dan il-fattur li l-membri tal-kumitat dejjem żammew ruħhom lesti li jisimgħu u jifhmu lil xulxin, flimkien mal-koperazzjoni sħiħa mal-ħaddiema tal-maħżen wassal għal progress u għas-suċċess tal-Koperattiva.
Ta' min jinnota li l-ħidma kollha li wettqu l-kumitati tat-tmexxija, dejjem kienet mingħajr ebda ħlas: sempliċement fuq bażi volontarja
Il-Kumitat
President |
Sammut Anthony |
 |
Viċi President |
Sammut Carmelo |
Segretarju |
Borg Albert |
Teżorier |
Muscat Wistin |
Membri |
Borg Joseph |
|
Camilleri Jimmy |
|
Grima Joe |
Assistent tal-Kumitat |
Charles Camilleri |
|
|
|